Ħamest irġiel ġew arrestati fuq suspett ta’ att meqjus offensiv hekk kif ħarqu mudell tal-Grenfell Tower f’ħuġġieġa waħda.
Dan wara li filmat li nxtered fuq il-midja soċjali wera li mudell tal-kartun tat-torri ingħata n-nar minn grupp ta’ persuni li fil-filmat jinstemgħu jidħku.
L-irġiel, tnejn ta’ 49 sena u l-oħrajn ta’ 19, 46 u 55 sena taw ruħhom b’idejhom lill-pulizija t-Tnejn filgħaxija.
Il-prim ministru, Theresa May iddeskriviet il-filmat bħala inaċċettabbli.
B’kollox f’Ġunju tas-sena li għaddiet, kienu mietu 72 persuna wara li nirien ħakmu l-Grenfell Tower f’Londra.