il-Pulizija arrestat raġel li allegatament kien involut fi ġlieda f’Ħal Qormi.
L-argument inqala’ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs qrib iċ-ċimiterju tal-lokal.
Fuq il-post issejħu bosta taqsimiet tar-Rapid Intervention Unit li wara tfittxija intensiva sabu wieħed mill-irġiel li allegatament kienu involuti fil-ġlieda.
Ir-raġel ittieħed l-Għassa ta’ Ħal Qormi fejn mistenni jiġi mistħarreġ mill-Pulizija tad-Distrett.