Fin-Naxxar: “l-aħna hija l-akbar mill-jien”
Folla numeruża nġabret fil-pjazza tan-Naxxar sabiex tagħti merħba lill-Prim Ministru Joseph Muscat għall-aħħar darba.
Fl-indirizz lill-folla il-Prim Ministru, flimkien ma’ martu Michelle, saħaq li qed idur il-lokalitajiet biex issa jirringrazzja lill-poplu għas-sapport li tah tul dan l-aħħar snin. Qal li “l-aħna hija akbar mill-jien” u li d-deċiżjoni li ħa hija l-aħjar għall-pajjiż u qed jagħmel dan kollu b’serenità.
Il-Prim Ministru qal li dan il-moviment la beda miegħu u lanqas issa ser jispiċċa miegħu jew meta jilħaq mexxej ġdid fit-tnax ta’ Jannar, iżda ser ikompli jissaħħaħ minn dik il-ġurnata u jkompli jħaddan dak kollu li wettaq tul dawn is-snin.
Tkellem dwar il-kwalità tal-persuni ta’ Robert Abela u Chris Fearne u qal li għandhom il-kwalitajiet tajbin biex imexxu u jkomplu jgħaqdu sabiex jibqa’ jkollna l-maġġoranza tal-poplu.
Qal li huwa jwiegħed lealtà assoluta lejn il-mexxej il-ġdid. Huwa qal li sentejn oħra se jkun minn ta’ quddiem sabiex jara lil dan il-moviment jerġgħa jirbaħ l-elezzjoni.
F’Ħaż Żebbuġ: “Allavolja mhux ser nibqa’ kaptan iżda ser nibqa’ baħri leali”
Il-Prim Ministru, flimkien ma’ martu Michelle Muscat, issa ndirizza lill-folla oħra numeruża li sab tistenih f’Ħaż Żebbuġ.
Huwa reġgħa tenna li ser ikun “baħri” mija fil-mija leali għall-“kaptan il-ġdid li ser ikun qed jieħu postu”.
Qal li huwa ċert li bit-tmexxija l-ġdida tal-Partit Laburista ser jibqa’ maqgħud warajjhom. Qal li dan il-moviment għadu ġej minn għaxar rebħiet elettorali u li żgur ser ikompli jżid f’dawn in-numri.
F’Raħal Ġdid: “Inżommu l-għaqda fil-Moviment Laburista”
Il-Prim Ministru ndirizza lin-nies fit-tielet u l-aħħar lokalità għal-lum, dik ta’ Raħal ġdid, fejn għal darb’oħra sab folla ferm numeruża tistennih.
Flimkien ma’ martu Michelle Muscat huwa rringrazzja lill-folla għall-imhabba u rispett li tawh għal dawn it-tnax -il sena li ilu jmexxi il-Partit Laburista.
Qal kif jemmen li Prim Ministru m’għandux jagħmel aktar minn żewġ termini.
Qal kif issa qed issir ġustizzja fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia hekk kif inqabad l-allegat mandata wara dan il-qtil. Il-Prim Ministru tenna kif dan il-partit ma jħares lejn wiċċ ħadd.
Qal li kien hemm bżonn li huwa jitlaq ħalli tibda paġna ġdida u minn jiġi warjah ikun jistgħa jibni fuq it-tajjeb li għamlu flimkien, filwaqt li “l-iżbalji li saru jew setgħu saru dawk nitgħabba bihom jien”.
Reġgħa tenna biex inżommu l-għaqda fil-Partit Laburista hekk kif il-Gvern Laburista għandu mandat ċar.
Sostna li filwaqt li ħaddieħor hu koalizzjoni għall-poter il-Partit Laburista huwa maqgħud wara l-prinċipji tal-Partit, u li l-għażla għall-mexxej ġdid ser tgħaqqad aktar lill-moviment Laburista.
Huwa wiegħed il-lealtà lill-mexxej il-ġdid u appella biex l-għaqda tibqa’ tirrenja f’dan il-moviment.
Qal li jrid jara lil dan il-pajjiż jibqa’ miexi l-quddiem fix-xogħol, drittijiet ċivili u liberta tal-espressjoni.
Il-Prim Ministru qal li ser ikun l-iċken wieħed li ser jgħin fejn ikun hemm bżonn li jgħin.
Ħeġġeġ biex in-nies jisimgħu l-ideat u d-direzzjoni tal-kandidati għall-mexxej ġdid.
Huwa saħaq li rridu nisimgħu u nifhmu lil xulxin u li t-12 ta’ Jannar hu biss bidla u li wara rridu nimxu wara l-kap il-ġdid billi nagħtu l-appoġġ u nifmuh.
Irringrazzja lil martu Michelle u wliedu għax mingħajrhom ma kienx jasal fejn jasal.