Fuq parir tal-awtoritajiet tas-saħħa, il-Gvern ħabbar miżuri bilanċjati kontra t-trażżin tal-imxija li huma fis-seħħ minn għada sal-11 t’April.
Miżuri:
• Ristoranti, snackbars, kiosks, cafè bars, joffru biss servizz ta’ takeaway
• Ristoranti u stabbilimenti f’lukandi u guestshouses fost oħrajn joffru servizz ta’ ikel bilqiegħda lir-residenti biss
• Bars u każini jibqgħu magħluqa
• Covid Wage Supplement estiż sa Ġunju u s-sidien tar-ristoranti se jerġgħu jieħdu l-għajnuna sħiħa
• Attivitajiet tal-massa mhux permessi ħlief tiġijiet u dawk reliġjużi biss
• Attivitajiet privati sa erba’ households biss
• Mhux permessi viżti għal min hu rikoverat fl-isptar ħlief lil dawk fil-periklu li jitilfu ħajjithom bħal dawk li jkunu fuq il-Griżma tal-Morda
• Contact sport isir biss għal dawk 16-il sena+ skont protokolli tal-Awtoritajiet tas-Saħħa
• Is-Servizz Pubbliku se jaħdem b’mod online fejn hu possibbli u se jkun imħeġġeġ ukoll li jagħmel dan is-settur privat
Il-Prim Ministru appella lill-poplu Malti u Għawdxi biex iżomm ma’ dawn id-direttivi u saħaq li se jkompli jiżdied l-infurzar fosthom mill-pulizija u l-ispetturi tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Qal li r-riżors uman f’dan l-aspett ta’ infurzar se jkompli jiżdied.
Infurzar:
• Tirdoppja l-multa (minn €3,000 għal €6,000) jekk tinqabad li ftaħt l-istabbiliment tiegħek biex isservi l-ikel bilqiegħda jew tiftaħ il-bar jew il-każin
• Multa ta’ €100 għal kull persuna jekk jinqabad f’attività privata b’aktar minn erba’ households