Kulħadd fuq ix-xwiek kien qed jistenna minn ħin għal ieħor l-ewwel indikazzjoni tar-riżultati.
Filmat miġbud mit-tim ta’ ONE News fis-sala tal-għadd tal-voti qabad proprju l-mument fejn minn silenzju li jtarrax, proprju kif il-Prim Ministru ħabbar li jidher li l-ewwel indikazzjonijiet hi li l-Partit Laburista ksieb il-maġġoranza fl-istorja ta’ pajjiżna, is-sala tal-għadd tal-voti spliodiet bi brijju, għajjat, kant u tisbit mal-perspex biex jiċċelebraw din l-aħbar pożittiva u mill-isbaħ għall-Partit Laburista.
Il-PL jikseb l-ikbar maġġoranza fl-istorja ta’ pajjiżna – il-PM
Il-Prim Ministru Joseph Muscat iddikjara li minn ċifri li għandu l-Partit Laburista jirriżulta li l-Partit Laburista kiseb l-ikbar maġġoranza fl-istorja ta’ pajjiżna. Fuq l-istazzjonn nazzjonali Dr Muscat qal li fil-kaxxi tal-voti hemm riżultat ċar ħafna ta’ maġġornaza kbira sew. Qal li l-Partit Laburista mistenni jikseb 55% tal-voti.