Amy Marie Borġ ġiet assigurata post fil-“live shows” tal-Britain’s Got Talent wara li fl-aħħar episodju l-ġurija iddeterminat min ser ikun qed javvanza għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni u min le.
Kien biss ftit tal-ġimgħat ilu li Amy iddebutat fil-Britain’s Got Talent b’rendizzjoni eċċellenti tal-diska klassika “Nella Fantasia” ta’ Ennio Morricone.
Il-filmat tal-prova tagħha fuq YouTube mis-sit uffiċċjali tal-Britain’s Got Talent kiseb popolarità qawwija fuq il-midja soċjali tant li l-filmat innifsu intwera kważi żewġ miljun u nofs darba.
Issa jmiss nistennew is-semi finali ta’ din il-kompetizzjoni fejn fihom Amy ser tkun qed tkanta live quddiem il-ġurija u udjenzi kbar. B’kull prestazzjoni minn tagħha tiddetermina il-futur tagħha f’din il-kompetizzjoni.