Alexia Micallef rebħet is-46 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu li ttella’ lbieraħ fi Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta. Alexia rebħet il-konkors bil-kanzunetta ‘Fil-Kexxun’ bi kliem u mużika ta’ Lon Kirkop.
It-tieni post ikklassifikat il-kanzunetta ‘Ismi’ interpretata minn Marija Bellia bi kliem u mużika ta’ Iona Dalli u Marija Bellia. Marija Bellia rebħet ukoll il-Premju għall-Aħjar Kantawtur għall-kanzunetta ‘Ismi’. Fit-tielet post il-kanzuentta ‘Ħelu Manna’ interpretata mill-grupp MARA bi kliem u mużika ta’ Emil Calleja Bayliss u Philip Vella.
Il-Premju għall-aħjar tema soċjali mar għand Joe Julian Farrugia bil-kanzunetta ‘Mr X’ li nterpreta Philip Vella. Tony Camilleri (L-Għannej), ingħata l-premju ta’ rikonoxximent għall-karriera tiegħu, L-Għanja Li Tibqa’.
Il-finali tal-Għanja tal-Poplu ta’ din is-sena kienet ippreżentata minn Valerie Vella