Transport Malta xandret riklam ġdid, bħala parti mill-kampanja ‘Rispett fit-Triq. F’dan ir-riklam ta’ għarfien u informazzjoni, Pierre Vella mill-Malta Road Safety Council jagħti informazzjoni dwar ir-regoli tat-toroq li sewwieqa għandhom isegwu meta jkun hemm mutur fit-triq. Dan fid-dawl ta’ numru ta’ inċidenti, li minnhom kienu fatali, ta’ inċidenti fit-toroq Maltin li jinvolvu sewwieqa ta’ muturi.
Il-kampanja mnedija x-xahar li għadda fiha bosta fażijiet u se tkompli fil-ġimgħat li ġejjin. Il-messaġġi tal-kampanja qed jixxandru fuq it-televiżjoni, fuq is-siti soċjali u jinstemgħu fuq l-istazzjonijiet tar-radju.
Transport Malta u l-Malta Road Safety Council nedew kampanja edukattiva biex ikabbru l-għarfien fuq is-sigurta’ fit-toroq. Il-kampanja se tiffoka fuq bosta temi fil-ġimgħat li ġejjin bl-għan li ttejjeb il-livell tas-sewqan tagħna u tagħmel it-toroq Maltin iktar siguri.