L-irtirar tal-erba’ kandidati Nazzjonalisti f’daqqa fl-ewwel jum tal-kampanja elettorali tqabbel mal-ewwel jum tal-Arriva ta’ żmien Austin Gatt.
Din l-osservazzjoni għamilha fuq TVAM Dr Mario Thomas Vassallo, lettur tax-Xjenza Politika fl-Università ta’ Malta.
Dr Vassallo qal kif meta fl-ewwel ġurnata li bdiet taħdem l-Arriva f’pajjiżna fi żmien Gvern Nazzjonalista, numru ta’ xufiera mill-karozzi tal-linja ħarġu bis-sick, hekk ukoll irtiraw erba’ kandidati Nazzjonalisti f’daqqa.
Dan b’referenza għall-irtirar tad-Deputati Nazzjonalisti Clyde Puli, Kristy Debono, Mario Galea u Claudio Grech.
Dr Vassallo nnota kif meta Puli kien rriżenja minn Segretarju Ġenerali Nazzjonalista sentejn ilu huwa kien saħaq li fil-Partit Nazzjonalista kien hemm arja u ilma tossiku.
Dr Vassallo qal kif minn dak iż-żmien sal-lum żgur dak l-ilma għadu ma ssaffiex.
L-akkademiku rrefera wkoll għall-kummenti ta’ Kristy Debono meta ħabbret li rtirat il-kandidatura f’isem il-Partit ta’ Bernard Grech.
Kristy Debono qalet li ma temminx f’miżuri nofs sajran.