Waqt l-aġġornament tagħha ta’ kull ġimgħa dwar il-Covid-19 f’Malta, is-Supretedent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci spjegat li 48 persuna ġew immultati €10,000 kull wieħed wara li nqabdu barra waqt li kienu pożittivi għall-virus.
Il-Professur Gauci qalet ukoll li sa issa l-awtoritajiet wettqu 78,224 spezzjoni fuq nies li kienu jinsabu fi kwarantina.