Illum, huwa l-41 sena anniversarju minn meta l-ajruplan RAF Vulcan Bomber waqa’ f’Ħaż-Żabbar. Dan huwa l-aktar inċident bl-arju riċenti hawn Malta.
Kien propju fl-14 ta’ Ottubru 1975, meta dan l-ajruplan waqa’ fi Triq is-Santwarju Ħaż-Żabbar, li ħasad il-ħajja ta’ Vincenza Zammit meta kellha biss 38 sena, dak il-ħin kienet miexja lejn id-dar tagħha. Il-pilota u ko-pilota rnexxielhom isalvaw, iżda ħames persuni tal-ekwipaġġ ma rnexxilhomx isalvaw minn din it-traġedja.
Din it-traġedja jiftakruha bosta Żabbarin, u mhux l-ewwel darba li tinzerta xi anzjan jirrakonta dwar dak li kien ġara f’dan il-jum, jum li jiddeskrivuh bħala wieħed li qatt ma jistaw jinsew.
Aktar minn 100 dar u karozza ġarbu ħsarat estensivi kawża ta’ dan l-inċident.