26 tifel li jservu ta’ abbatini madwar il-parroċċi ta’ pajjiżna kellhom l-opportunità li għal tlett ġimgħat sħaħ jgħixu fil-Belt Majestuża tal-Vatikan kif ukoll jiltaqgħu f’laqgħa privata mal-Papa Franġisku.
L-abbatini li l-età medja tagħhom hija ta’ 12-il sena għamlu din l-esperjenza reliġjuża fil-Vatikan war proċess rigoruż li kien jinvolvi żewġ eżamijiet. Tul dawn it-tliet ġimgħat l-abbatini Maltin kienu assisiti minn qassisin u seminaristi. Huma kellhom l-opportunità jduqu ftit mil-ħajja fil-Vatikan u daħlu wkoll f’partijiet ta’ din il-belt riservati biss għal għal uffiċjali għoljin fil-ġerarkija tal-Knisja Kattolika.
Bil-ġenituri tagħhom ħerqana għall-wasla tagħhom f’Malta, ONE News ltaqà ma’ Mark Mifsud u Zven Azzopardi – żewġ abbatini li temmew din l-esperjenza b’suċċess: