Waqt li kien qed jindirizza l-konferenza annwali ta’ Richmond Foundation, il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne qal li l-pajjiż għandu riżors important ta’ NGOs b’saħħithom fil-qasam tal-kura tal-mard mentali. Dan ifisser illi kemm skop sabiex il-gvern u s-soċjetà ċivili jaħdmu flimkien biex tkompli titjieb il-kura psikjatrika fil-komunità.
Il-Ministru Fearne qal li se jkun qed jinħatar dalwaqt board għas-saħħa mentali li fost affarijiet oħra se jkun qed jara kif il-Gvern u l-NGOs f’dan il-qasam jiġu aktar flimkien biex jaħdmu għal għan wieħed, il-ġid tal-pazjent.
Il-Ministru għas-Saħħa qal li fl-aħħar jiem, flimkien mas-CEO l-ġdid għal Mount Carmel, Kevin Schembri żar ċentri ta’ matul il-jum fil-komunità. Il-Ministru Fearne żid jgħid li dan il-mudell ta’ kura fil-komunità jidher li qed jirnexxi għax il-klijenti li jagħmlu użu minn dawn iċ-ċentri jsibuhom utli ferm.