Wirt iż-Żejtun se tkun qed torganizza il-wirja annwali tagħha waqt Żejt iż-Żejtun. Din is-sena il-wirja hija ġabra ta’ ritratti taħt it-tema: “Niskopru ix-Xlokk – Kollezzjoni Fotografika tal-Ing. Charles Mifsud”.
Il-ftuħ uffiċjali tal-wirja se jsir nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru fis-18:00 fl-intrata tal-Istitut Ġesu’ Nazzarenu fi Triq San Girgor, iż-Żejtun.
Il-ħinijiet tal-ftuħ huma:
Il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru: 18:30 – 20:00
Is-Sibt 24 ta’ Settembru: 17:30 – 00:00
Il-Ħadd 25 ta’ Settembru: 09:00 – 11:00
Din il-wirja hija kompletament iffininazjata minn Wirt iż-Żejtun. Għalhekk napprezzaw li barra li żżuruham takwistaw kopja tal-ktieb bir-ritratti ta’ din il-wirja mill-bieb tad-dħul għall-prezz ta’ €5.
L-istess wirja ser tinżamm ukoll fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, Palazzo Pariso, Triq il-Merkanti, Valletta, waqt Notte Bianca.