Illum waqt il-Maratona tal-Futbol ta’ Puttinu Cares ġie ffirmat ftehim bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u l-NGO għall-benefiċċju ta’ pazjenti Maltin li jkollhom bżonn kura barra l-pajjiż.
Permezz ta’ dan il-ftehim id-Dipartiment tas-Saħħa ser ikun qiegħed jagħti kontribuzzjoni finanzjarja lill-Puttinu għal kull lejl illi pazjent Malti jew il-qraba tiegħu jagħmlu ġewwa akkomodazzjoni ta’ Puttinu Cares fl-Londra.
Matul is-sena li għaddiet kien hemm madwar 700 pazjent li kellu bżonn jingħata kura barra l-pajjiż. Dan kien possibbli grazzi għal ftehim li Malta għandha ma’ numru ta’ pajjiżi fosthom l-Ingilterra.
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħeġġeġ lill-poplu Malti biex kif għamel fil-passat mill-ġdid ikun ġeneruz waqt din il-maratona.
“Dan il-ftehim għal darb’oħra jenfassiza l-bżonn ta’ kollaborazzjoni bejn Id-Dipartiment tas-Saħħa u l-NGO’s għall-ġid tal-pazjent, ” qal il-Ministru Chris Fearne.