Dalgħodu qed isir seminar għad-data protection officers li jaħdmu fid-dipartimenti u entitajiet tal-Gvern. Dan peress li regolamenti ġodda, li dwarhom qablu l-istati membri tal-Unjoni Ewropea, se jidħlu fis-seħħ f’Mejju 2018.
L-għan hu li jkun żgurat id-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data u li dan ikun applikat b’mod konsistenti. Il-pożizzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data personali se tkun imsaħħa fost il-pajjiżi kollha, inkluż bl-infurzar tal-liġijiet, il-prevenzjoni tal-kriminalità u t-tisħiħ ta’ relazzjonijiet internazzjonali, speċjalment f’soċjetà li għaddejja minn ħafna bidliet teknoloġiċi.
Lokalment se tkun qed issir diskussjoni wkoll mal-Avukat Ġenerali, il-Kummissarju tad-Data u l-Ministeru tal-Ġustizzja dwar l-implimentazzjoi ta’ dawn ir-regolamenti.
Il-Ministru għad-Djalogu Socjali Helena Dalli qalet li l-protezzjoni tad-data hija dritt fundamentali li kull ċittadin għandu jgawdi minnha. Qalet li l-presidenza Maltija se tejjeb il-koperazzjoni mal-Kummissjoni u se jinstab kompromess għall-protezzjoni tal-individwu.