Bosta pajjiżi Ewropej jinsabu mħassba bil-kbir bi droga ġdida magħrufa bl-isem ta’ Fentanyl, l-eroina sintetika li kapaċi toqtol persuna bi tliet miligrammi.
F’sessjoni informattiva organizzata mid-Dipartiment tal-Kimika fl-Università ta’ Malta, ġie spjegat li din id-droga hija 100 darba aktar qawwija mill-morfina, u 50 darba aktar qawwija mill-eroina.
Barra minn Malta, inkluż fl-Italja, din qed tinħadem f’laboratorji illegali u titmexxa f’festini jew attivitajiet pubbliċi kbar.
L-Assistent Kummissarju Dennis Theuma qal li s’issa il-Pulizija ma sabet ebda każi ta’ Carfentanil f’Malta.
L-Assistent Kummissarju Dennis Theuma qal: “Huwa ta’ pjaċir u ta’ serħan il-moħħ li s’issa ma ltqajniex magħha. Kif spjegaw, din hija sustanza estremament perikoluża, mhux biss għal min jeħodha iżda anke min ikun qed jagħmel xogħlu bħal nurse jew pulizija, il-handling huwa estremament kruċjali. Jekk din tmiss ma’ xi pori tal-ġilda jista’ jkollok overdose possibilment fatali tal-istess sustanza”.
Il-Kap tad-Dipartiment tal-Kimika fl-Università ta’ Malta, il-Professur Manuel Singara, spjega li drogi magħmulha mill-Fentanyl, li ġej mill-pepprin, ikollhom effett fuq is-sistema tan-nervituri tal-bniedem.
Il-Kap tad-Dipartiment tal-Kimika fl-Università ta’ Malta Manuel Singara qal: “Il-Fentanyls kollha għandhom effett fuq il-bniedem. Dawn huma opiods, bħall-morfina, li jaqbdu man-nervous system tal-bniedem. Legal fentanyls jintużaw bħala pain relief minħabba dan l-affett. Jekk ikollok overdoes, is-central nervous system it shuts down”.
Il-Professur Singara spjega wkoll li d-droga Carfentanil tant hi qawwija li kien hemm każijiet barra minn Malta fejn skwadra sħiħa tal-Pulizija kellha tingħata l-kura fi sptar wara rejd f’fabbrika fejn id-droga kienet qed tiġi ppakkjata.
Kien għalhekk li nħass il-bżonn li persuni li għandom ċans akbar li jkollhom kuntatt ma’ dawn ix-xorta ta’ drogi jkunu jafu kif għandhom jipproteġu ruħhom.
Huwa kompla billi qal: “Bħalissa, il-European Monitoring Centre for Drug Abuse and Addiction qed tirrakkomanda li l-pajjiżi kollha jkollhom guidelines għal first responders, u d-Dipartiment tal-Kimika, li fuq kollox jaħdem ukoll fl-indentifikazzjoni tad-droga, ħass li kien xieraq li jipproduċi din il-gwida”.