Mużewijiet pubbliċi fl-Italja qed joffru l-profitti mill-ħlas tad-dħul li jagħmlu fil-Ħdud biex jerġgħu jinbnew il-binjiet storiċi u kulturali li ġġarfu kawża tat-terremot ta’ nhar l-Erbgħa; liema terremot ħasad il-ħajja ta’ 291 persuna.
Kienu ħafna l-knejjes u l-binjiet medjevali li ġġarrfu fl-Italja, meta t-terremot li kejjel 6.2 fuq l-iskala Richter heżżeż il-belt ta’ Amatrice u bliet oħra fir-reġjun ċentrali.
Is-sindku ta’ Amatrice qal li jrid jirrestawra l-belt tiegħu lura għall-glorja tagħha.
Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi stqarr li huwa kruċjali li ħadd ma jaqta’ qalbu f’dan il-mument.