9% tat-tfal Maltin ta’ bejn id-9 u t-12-il sena ma jħossuhomx siguri l-iskola.
Tifel minn kull ħamsa jgħidu li jgħaddu minn bullying serju l-iskola.
Il-bullying verbali, fiżiku, l-esklużjoni, u s-cyberbulying huma l-aktar forom ta’ bullying frekwenti.
Il-kampanja ‘Together Against Bullying’ tħabbret illum bil-għan li teduka lill-pubbliku. L-iskop hu li tilħaq diversi persuni – mhux biss il-vittmi imma wkoll dawk suxxettibbli għall-bullying, għalliema, ġenituri, u tfal ta’ din l-età b’mod ġenerali.
Se ssir kampanja permezz tal-mezzi tax-xandir, se jkun provdut taħriġ għall-għalliema, u ser ikun hemm attivitajiet speċifiċi għat-tfal.
Dan tħabbar waqt konferenza minn Victim Support Malta, NGO ibbenefikat mill-NGO Fund li jitmexxa mill-Ministeru għad-Djalogu Socjali.
Victim Support Malta diġà wettqet taħriġ bi prova fi skola minnhom, u rċiviet rispons pożittiv. Issa qed tiżviluppa pjan strateġiku sabiex il-proġett ikun żviluppat aħjar.
Ritratt: Pierre Sammut, DOI