Se jkun qed issir xogħol ta’ klimatizazzjoni fit-Teatru Manwel biex sa fl-aħħar ikun hemm sistema adegwata li twassal għal kontroll fit-temperaturi, kemm fis-sajf kif ukoll fix-xitwa.
Dan se jsir permezz ta’ finanzjament ta’ miljun u erbgħa mitt elf ewro, bil-maġġoranza tal-finanzjament ġej minn fondi Ewropej. Spjega aktar dwar dan is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-fondi Ewropej waqt żjara li għamel fit-Teatru Manwel dalgħodu.
Permezz ta’ dan il-proġett it-temperatura tat-teatru se tinżamm kostanti tul is-sena kollha. Il-proċess jirrikjedi intervent minimu għax jinvolvi l-installar ta’ pajpijiet li minnhom jgħaddi ilma kiesaħ fis-sajf u ilma sħun fix-xitwa biex tinżamm temperatura stabbli. Se tinbidel l-art u flok madum se jitqiegħed parquet kif ukoll se jkun hemm bidla fis-siġġijiet tat-teatru.
Michael Grech, intervistat hawn, huwa ċ-chairman tat-Teatru Manoel.
https://www.youtube.com/watch?v=Q_BSXiqy-xA