Il-gżira Għawdxija issa għandha fondazzjoni għas-serivizzi finanzjarji wara li l-Minisetru għal Għawdex u dak tal-Finanzi laħqu ftehim li Għawdex għandu jibda jkun rreklamat bħala destinazzjoni għall-kumpaniji fil-qasam finanzjarju.
Il-Fondazzjoni li tnediet din il-ġimgħa għandha l-għan li f’koordinazzjoni mal-professjonisti fl-industrija kompetittiva, Għawdex ikun ikkunsidrat biex in-negozjanti jinfirxu, u ma jkunu jistgħu jaħdmu f’ambjent iktar kwiet.
Dan speċjalment fid-dawl li kumpaniji f’setturi partikolari fil-qasam finanzjarju jaħdmu primarjament online, u jistgħu jagħżlu l-bażi tagħhom fi kwalunkwe pajjiż fid-dinja.
Għawdex tista’ tkun offruta bħala bażi għal entitajiet żgħar li jridu ambjent iktar rurali fejn jaħdmu, fejn xorta jkunu faċilment konnessi mad-dinja diġitali.
Il-bord ta’ disa’ membri tal-Fondazzjoni se jkun mmexxi minn Joseph Portelli, chairman tal-Malta stock exhange. Fl- ewwel kummenti tiegħu qal li din il-fondazzjoni hija frott il-fatt li wasa iż-żmien li l-ħaddiema Għawdxin jieqfu jaqsmu l-fliegu kuljum biex jaqilgħu l-għixin tagħhom.