Il-Prim Minsitru Joseph Muscat wieġeb għal rapport fit-Times of Malta, fejn qed ikun ikkwotat rapport tal-FIAU.
Joseph Muscat qal li din hija l-ewwel darba li qed jara dan ir-rapport, b’kuntrarju għal rapporti li ra fuq Beppe Fenech Adami u l-każ Capital One. Jekk Simon Busuttil jemmen li r-rapport li qed jikkwotaw it-Times huwa sejru, għandu problema ikbar bil-Viċi Kap tiegħu.
Muscat reġa tenna li jekk il-Maġistrat jiddeċiedi li hemm problema fuq Keith Schembri, għandu jirriżenja. Imma jekk il-Kap tal-Oppoiżżjoni jrid ikun konsistenti, għandu ma jħallix lill-Viċi Kap tiegħu jikkontesta l-elezzjoni ġenerali.
Keith Schembri wieġeb għar-rapport ukoll, kif tista’ taqra hawn.