Is-Sit ikoniku tad-Dwejra f’Għawdex huwa wieħed li jaffaxxina t-turisti u l-Maltin, iżda huwa wkoll sit li dan l-aħħar qanqal xi ftit biża fost il-Maltin minħabba l-kwistjoni tal-blat tat-tieqa. Issa tħabbar Steering Committee ġdid apposta għal dan is-sit li se jħares kull aspett tal-inħawi.
Imxejna mill-kitba għall-fatti hekk kif Steering Commitee ġdid għad-Dwejra f’Għawdex tħabbar mill-Ministri Jose Herrera u Anton Refalo, propju fis-sit ikoniku li dan l-aħħar qanqal anzjeta’ fost il-Poplu minħabba l-kundizzjoni tat-tieqa tad-Dwejra.
Tkellimna mal-uffiċjal tal-ambjent Christopher Cousin, fejn spjegalna dwar d-Dwejra.
Dan wara pjan ta’ mmaniġġjar mill-Ministeru għall-ambjent li ppermetta li dan il-kumitat isir b’mod xieraq u jipprometti l-aħjar mezzi biex iħarsu s-sit.
Lil-Ministru Jose Herrera spjegalna dwar dan il-kumitat u l-funzjoni tiegħu.
Il-Ministru Herrera saħaq ukoll li kollaborazzjoni mal-UNESCO ukoll hija mportanti, hekk kif qed jimmira li siti ambjentali bħal ma hija d-dwejra ikollhom it-timbru ta’assi Maltin f’għajnejn il-UNESCO.
Il-Ministru Anton Refalo saħaq kif id-Dwejra ħaqqha tkun imħarsa bl-aqwa mod biex tibqa’ tkun ta’ kwalita u tkompli tattira t-turisti.
L-Aspetti kollha tal-inħawi se jkunu mħarsa grazzi għal dan l-infurzar, kemm dak tal-art u anke dak tal-baħar li jikkumplimenta s-sit.
L-Uffiċjal tal-ambjent, Christopher Cousin spjega dwar l-aspett ekoloġiku tad-Dwejra.