Persuni anzjani jistgħu jsibu ruħhom f’iżolament. Dan jista’ jiġri hawn Malta stess, fejn tista’ tgħid kulħadd jaf lil xulxin. Aħseb u ara l-Awstralja!
Laqatna riklam tal-Australian Multicultural Community Services fuq il-mezzi tax-xandir SBS.
Waqt intervista fuq l-istazzjon tar-radju SBS Maltese, kelliema għall-Aġenzija Awstaljana għas-Servizzi Komunitarji qalet li l-għan tal-programm huwa li jiġi mnaqqas kull forma ta’ iżolament, speċjalment dak kulturali, li f’post fejn għandek taħlita ta’ kulturi jista’ jinħass sew. B’hekk l-anzjani, anke dawk Maltin, jkunu mħeġġa’ jibqgħu fil-komunità.
Spjegat li m’hemmx xi rekwiżiti partikolari, basta dak li jkun ikun lest iqatta’ mill-inqas siegħa fil-ġimgħa għal minimu ta’ sitt xhur. Il-ħin jistgħu jagħmlu bih li jridu, skont il-gosti. Ngħidu aħna jmorru mixja, jieħdu kafe’, jgħidu kelma d-dar stess…f’kelma waħda daqs li kieku tal-familja. Dawk li jkunu volontiera jirċievu taħriġ minn qabel.
L-intervista ta’ Vivienne Buttigieg hawn:
http://www.sbs.com.au/yourlanguage/maltese/en/content/maltese-volunteers?language=en