It-tim ta’ ONE News illejla żar stabbiliment kummerċjali ewlieni f’Tas-Sliema fejn tkellimna ma’ bosta sidien u ħaddiema fi ħwienet dwar l-andament tal-bejgħ matul dan il-jum li matulu bosta ħatfu l-opportunità biex jitru anke r-rigali tal-Milied bi prezzijiet tajbin fejn saħansitra kien hemm persuna li għamel 10 sigħat jistenna barra l-ħanut sakemm fetaħ.
Jum li bosta sidien u ħaddiema tal-ħwienet iddeskrivewh bħala wieħed ta’ suċċess.