Matul il-lejl bieb ta’ residenza fil-Marsa ħa n-nar fejn sa issa mhux magħruf jekk dan ħax permezz ta’ ħsara jew ingħata n-nar minn persuna jew persuni mhux magħrufa.
Il-każ ġara fis-siegħa neqsin kwart ta’ dalgħodu fejn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru minnufih fi Triq San Tumas biex jikkontrollaw in-nirien.
Fid-dar kien hemm in-nies iżda dawn inħarġu u ma sofrew l-ebda ġrieħi.