Bieb tad-dar u karozza tat-tip Toyota Vitz sfaw fil-mira ta’ ħruq. Il-każ seħħ fis-siegħat bikrin ta’ dalgħodu għal ħabta tas-2:00 fi Triq Kortina San Nikola f’Bormla.
Fortunatament il-ħruq ma nxteridx- dan hekk kif malli n-nies intebħu b’dan l-att, ħarbu minn fuq il-post u ċemplu għall-għajnuna. Fuq il-post marru l-pulizija kif ukoll il-pumpieri fejn ikkalmaw is-sitwazzjoni.
L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.