Il-Malta Invitational Games bdew tajjeb ilbieraħ meta atleti Malti li kienu qedin jikkompetu fit-Taekwondo u l- Bowling taw rendikont tajjeb tagħhom infushom fl-ewwel jum.
Fit-Taekwondo, Michela Scerri trijonfat f’rebħa kbira fejn rebħet midalja tad-Deheb, filwaqt li Alycia Cassar, Nathan Degiorgio u Samuel Vella kisbu midalja tal-fidda wara ġlied li qala’ iebes. Luke Chircop iġġieled tajjeb mill-aqwa u rebaħ il-bronż fil-kategorija tiegħu.
Saru numru ta’ logħbiet ta’ esibizzjoni għall-atleti iżgħar, b’Jean Schembri jirbaħ il-kompetizzjoni tiegħu kontra l-Gżejjer Faroe. Noah Kitcher u l-iżgħar atleta ta’ 6 snin Dwayne Micallef rebħu wkoll il-kompetiżżjoni tagħhom. L-atleta femminili Areti-Christina Chamaleli rebħet il-ġlieda tal-wirja tagħha kontra Mirian Poulson mill-Gżejjer Faroe.
Il-bowlers Maltin, li qed jikkompetu fl-avveniment tas-Singles ukoll kellhom bidu mill-aqwa b’żewġ midalji tad-deheb u waħda tal-Bronż. Wara 6 logħbiet logħob, Dennis Mercieca rebaħ id-deheb mill-irġiel (bi 3 pins biss) filwaqt li Cynthia Frendo Duca rebħet id-deheb mill-nisa. Tiziana Carannante rebħet il-bronż għal Team Malta (b’9 pins biss fuq ir-4 post).
Il-kompetizzjonijiet ikomplu llum. It-Taekwondo jibdew mill-1100hrs fil-lukanda Qawra Palace, filwaqt li t-triatleti jidħlu fl-azzjoni fl-1030 f’Ħal Far fejn se ssir sprint duathlon. Il-bowlers jerġgħu lura għall-kompetizzjoni nhar is-Sibt fl-1915hrs.