Fl-ewwel ħdax-il jum ta’ dan ix-xahar kien hemm żieda fl-ammont ta’ vjaġġi li saru permezz tal-Gozo Channel. Kien hemm żieda wkoll fl-ammont ta’ passiġġieri u vetturi li użaw is-servizz. Fi stqarrija l-kumpanija qalet li l-ammont ta’ vjaġġi żdied minn 726 għal 784, li tfisser żieda ta’ 58 vjaġġ, jew 8% aktar. Dan wassal gġal inqas ħin ta’ stennija .
L-ammont ta’ passiġġieri żdied minn 183,754 għal 201,689 – żieda ta’ 17,935, jew 9.8%.
L-ammont ta’ vetturi li żdied minn 51,398 għal 56,623 – żieda ta’ 5,225, jew 10.2%.
Il-kumpanija Gozo Channel ħarġet statistika għall-ewwel ħdax-il jum ta’ dan ix-xahar.
Il-Minsitru għal Għawdex Anton Refalo emfasizza li Settembru normalmet huwa xahar meta l-ammont ta’ żjarat lejn Għawdex jibda jbatti. Iżda din l-istatistika wriet kemm Għawdex hu kapaċi li jkompli jattira turisti, b’attivitajiet is-sena kollha. Iċ-Ċittadella restrawrata, b’mod partikolari, toffri attrazzjoni artistika u kulturali għal kull età.