Kellna bidu pożittiv u diġà bdejna mexjin minkejja li għadna kemm ftaħna.
Stqarr dan William Spiteri sid ta’ ristorant f’Wied il-Għajn. Qal li issa aktar minn qatt qabel qed iqies ta’ importanza kbira li l-konsumatur ikollu s-serħan il-moħħ u ristorant fejn imur jiekol jobdi r-regolamenti.
Saħaq li zmien il-pandemija kien perjodu ta’ riflessjoni li fih setgħa jiffoka biex itejjeb l-operat tagħhom.
“Il-bidu kien pożittiv. Din sintendi hija xi ħaġa li għal kulħadd, trid tagħmel pass lura biex timxi ‘l quddiem. Dan kien mument ta’ riflessjoni għalina illi naħseb irridu nibdew il-klijent inserrħulu iżjed rasu illi meta jiġi ġo ristorant, x’ristorant se jmur li jkollu rasu mistrieħa. Fuq negozju hija xi ħaġa illi kulħadd jaf li ħa jibda, ma tistax taqbad mill-ewwel full-on però huwa biżżejjed li inti tibda bil-mod, tippickja bil-mod u timproveja l-affarijiet tiegħek, fin-nuqqasijiet li kellek qabel.”
Minn dan ir-ristorant f’Wied il-Għajn, morna Marsaxlokk.
Osservajna li kulħadd beda jsegwi l-mizuri.
B’Ħaddiem f’ristorant f’Marsaxlokk qalilna li n-nies diġà bdew jirrikorru għas-servizz tagħhom minkejja li għadu biss il-bidu.
Ir-raħal tas-sajjieda reġa beda jingħata l-ħajja u bosta erħewla għall-ikla ta’ waranofsinhar, f’temp sajfi, f’normalita ġdida.
“Ma tistax tibqa’ ġewwa dejjem, l-affarijiet jidhru pożittivi, l-ammont qiegħed jonqos u why not, tilbes il-maskra, tiekol, iżżomm id-distanza tiegħek.”
“Wara żmien twil li għamilna d-dar, illum iddeċidejna biex noħorġu u sibna ristorant biex nieklu barra.”
“Ili xahrejn ġewwa hekk ħassejtni li għandi bżonn noħroġ anzi.”