Bidliet fis-Sisa
It-toiletries se jidħlu fir-reġim tas-sisa min issa. Meta tħabbar il-baġit għal din is-sena, il-Gvern qal li din is-sistema se tkun aktar ġusta kemm mil-lat ambjentali kif ukoll minn dak kummerċjali, għax it-taxxa relattivament żgħira se tkun applikabbli fuq il-volum tal-prodott fuq make up, fwieħa u prodotti tax-xagħar. Dan ma jgħoddx għal prodotti essenzjali bħad-deterġenti.
It-travi u l-istrutturi tal-ħadid, il-vireg, ix-xibka, il-folji tal-ħġieġ użati fil-kostruzzjoni u l-madum se jkunu soġġetti għas-sisa.
Fuq il-Borża
Din is-sena se jingħataw inċentivi fiskali ġodda, fil-forma ta’ Risk Investment Scheme, din id-darba għal min jinvesti flusu f’kumpanija (SME) jew f’investiment ġewwa fond li jkun mifrux fuq diversi kumpaniji (SMEs) reġistrati fuq Alternative Trading Platform bħall-Prospects fuq il-Borża ta’ Malta. Min jinvesti b’dan il-mod se jkun jista’ jingħata kreditu mit-taxxa sa massimu ta’ €250,000 fis-sena.