“Il-bidliet li se nagħmlu f’Għawdex se jkunu mera ta’ dak li se nagħmlu f’Malta.”
Dan kien il-qofol ta’ messaġġ b’saħħtu li għadda l-Prim Ministru Robert Abela fix-Xagħra waqt attività politika bit-tema ‘Is-Saħħa lill-Maltin’.
Quddiem folla mill-isbaħ li attendiet bi ħġarha biex tisma’ l-messaġġ tiegħu, Dr Abela semma fost oħrajn l-importanza tal-ispazji komuni bħala sors tas-sens ta’ komunità u l-importanza tal-estetika fil-binjiet tagħna.
Dan f’kuntest tal-istrateġija tal-Gvern għal Għawdex bħala gżira ta’ villaġġi.
“L-importanza umbagħad ukoll li meta niżviluppaw u nimmodernizzaw, ma ninsewx dak li aħna u dak li konna u nemmen li inthom l-Għawdxin din l-istrateġija se tħaddmuha b’suċċess.”
Robert Abela – Prim Ministru
Il-Prim Ministru nnota wkoll id-differenzi li qed joħorġu aktar minn qatt qabel bejn min jaħdem favur Malta dejjem u min jinteressah biss mill-poter.
Fil-fatt, innota Establishment li ħonoq l-Oppożizzjoni u li ħsiebu biss fil-firda u fis-suppervja. Dr Abela saħaq li quddiem dan kollu, il-moviment Laburista jrid jibqa’ umli, jagħraf x’jista’ jagħmel aħjar, filwaqt li jibqa’ kalm u sod.
“Naf, din hija t-triq l-iebsa, it-triq tal-umiltà, it-triq tal-paċenzja. Naf li quddiem min jattakkak, l-istint se jkun li tattakkah lura imma din ma tistax tkun it-triq tagħna, aħna l-Moviment li jrid jibni u mhux il-Moviment li jrid iħott. Il-mibgħeda nħalluha għal ħaddieħor, il-mibgħeda ma ttikx sodisfazzjon. Is-sodisfazzjon jagħtuh il-kisbiet.”
Robert Abela – Prim Ministru
Il-Mexxej Laburista nnota kif filwaqt li l-Oppożizzjoni titkellem b’mod ħażin fuq Malta u tipprova toskura s-suċċess li jseħħ f’pajjiżna, l-esperti internazzjonali jinnutaw ekonomija b’saħħitha u ġid li qed jinħoloq f’Malta u f’Għawdex.
Hawn mhux biss semma l-aħħar credit rating pożittiv minn Moody’s, li ta ċertifikat ieħor eċċellenti għall-ekonomija Maltija, imma fakkar fl-aħħar tbassir tal-Kummissjoni Ewropea tal-jiem li għaddew, li qal li Malta se jkollha l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru temm id-diskors tiegħu billi sostna li rridu nibqgħu magħqudin għaliex fl-għaqda hemm is-saħħa. Qal li l-għażla hi ċara bejn li nreġġgħu l-arloġġ lura jew nagħżlu li nkomplu mexjin ’il quddiem.
“Sentejn ilu sliftuni l-fiduċja tagħkom, bi ħġarkom tajtuni l-aqwa mandat li qatt ingħata. Issa erġajt għandi bżonnkom warajjha. Ejjew nagħtu sinjal ċar u b’saħħtu tad-demokrazija tagħna. Ejjew nuru li f’dan il-pajjiż titwettaq ir-rieda tal-poplu u dak kollu uruh bil-vot tagħna. Fl-għaqda biss hemm is-saħħa, xejn ma jista’ jwaqqaf is-saħħa tal-vot tagħkom. Is-saħħa f’idejkom. Is-saħħa lix-Xagħrin, is-saħħa lill-Għawdxin u s-Saħħa lill-Maltin.”
Robert Abela – Prim Ministru
Dr Abela qal li Għawdex għandu futur sabiħ u hu mutur ekonomiku li jista’ jkompli joħloq il-ġid. Qal li dan isir bi ħsieb favur żvilupp sostenibbli. Filwaqt li tenna li meta niżviluppaw u nimmodernizzaw ma għandniex ninsew dak li aħna u li konna, Dr Abela żied jirreferi għall-istrateġija ta’ Għawdex bħala gżira ta’ villaġġi u nnota kif għandu fiduċja li l-Għawdxin se jħadmu din l-istrateġija b’suċċess.
Il-Prim Ministru nnota wkoll id-differenzi li qed joħorġu aktar minn qatt qabel bejn min jaħdem favur Malta dejjem u min jinteressah biss mill-poter. Fil-fatt, innota Establishment li ħonoq l-Oppożizzjoni u li ħsiebu biss fil-firda u fis-suppervja. Dr Abela saħaq li quddiem dan kollu, il-moviment Laburista jrid jibqa’ umli, jagħraf x’jista’ jagħmel aħjar, filwaqt li jibqa’ kalm u sod.
Il-Mexxej Laburista nnota kif filwaqt li l-Oppożizzjoni titkellem b’mod ħażin fuq Malta u tipprova toskura s-suċċess li jseħħ f’pajjiżna, l-esperti internazzjonali jinnutaw ekonomija b’saħħitha u ġid li qed jinħoloq f’Malta u f’Għawdex. Hawn mhux biss semma l-aħħar credit rating pożittiv minn Moody’s, li ta ċertifikat ieħor eċċellenti għall-ekonomija Maltija, imma fakkar fl-aħħar tbassir tal-Kummissjoni Ewropea tal-jiem li għaddew, li qal li Malta se jkollha l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru temm id-diskors tiegħu billi sostna li rridu nibqgħu magħqudin għaliex fl-għaqda hemm is-saħħa u nagħmlu għażla importanti fit-8 ta’ Ġunju jew fl-1 ta’ Ġunju f’każ li trid tivvota fil-votazzjoni bikrija. Qal li l-għażla hi ċara bejn li nreġġgħu l-arloġġ lura jew nagħżlu li nkomplu mexjin ’il quddiem, inkluż fuq livell ta’ lokalità bħal ma’ hi x-Xagħra. Fisser kif b’vot lill-Partit Laburista nkomplu nagħtu s-Saħħa lill-Maltin.