Il-kuntrattur tal-proġett tal-Kappara se jkun qed jieħu kampjuni minn Triq Mikiel Anton Vassalli, tul il-lejl. Ġeoloġisti mbagħad se jinvestigaw il-materjal biex jgħinu l-inġiniera waqt il-fażi tal-bini fil-proġett tal-Kappara. L-investigazzjonijet jiddeterminaw il-kompożizzjoni ta’ taħt l-art.
Transport Malta qalet li l-kuntrattur se jkun qed iħaffer wara t-20:30 biex ikun tal-inqas inkonvenjent għat-traffiku. Il-ħaddiema se jħaffru partijiet differenti f’fażijiet. Korsija waħda se tkun magħluqa llejla u kull lejl possibilment sa nhar il-Ħamis.
Segwu s-sinjali tat-traffiku temporanji u l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali meta tgħaddu miż-żona. Segwu l-limitu tal-veloċita u oqogħdu attenti għall-ħaddiema fuq is-sit.