Kollox jinsab fl-aħħar stadju sabiex dan il-proġett jibda jopera fiż-żmien li ġej.
Fl-isptar wieħed jista’ jsib erbat ikmamar ta’ konsultazzjoni li lkoll iwasslu għall-kamra tal-emerġenza.
L-isptar għandu diversi kmamar ta’ preparament għal qabel l-interventi kif ukoll laboratorju. Huwa għandu wkoll numru ta’ kmamar fejn jistgħu jsiru l-Xrays.
L-sptar għandu żewġt ikmamar oħra, din id-darba fejn isiru l-operazzjonijiet, waħda dedikata għal Animal Welfare u oħra għall-privat. Parti minn din is-sezzjoni għandha wkoll scrub room sabiex l-igene tkun waħda eċċellenti. Apparti minn hekk hemm sezzjoni għall-għodda użata matul operazzjoni. Din qed tissejjaħ bħala 3 in 1 section. F’dan l-isptar insibu wkoll post għal ‘recovery’ li jħaddan diversi faċilitajiet meħtieġa.
Ma’ dawn il-faċilitajiet kollha fiċ-Ċentru ta’ San Franġisk nsibu wkoll sala tal-konferenzi fejn jistgħu jsiru lectures.
Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes stqarr li din kienet prijorita’ elettorali tal-Gvern.
Galdes stqarr li l-post ser ikun qed jopera 24 siegħa kuljum. Minn post li kien mkisser bid-dranaġġ ħiereġ għal wieħed li ser jiġi utilizzat bl-aħjar mod.
Galdes stqarr li l-post għandu standards internazzjonali u kellu investiment li jlaħħaq il- 140,000 għat-tagħmir biss.
L-għan huwa li l-isptar jibda jopera minn Lulju u bħalissa għaddej it-taħrig għal 15-il persuna li ser jibdew jaħdmu f’dan l-isptar.