Nikita Zammit Alamango se tkun qed tassumi r-responsabbiltà ta’ Nisa Laburisti minflok Claudette Abela Baldacchino. F’kummenti fi tmiem il-perjodu tagħha fit-tmexxija ta’ Nisa Laburisti Abela Baldacchino esprimiet sodisfazzjon għall-erba’ snin fit-tmexxija ta’ Nisa Laburisti.Qalet li Nisa Laburisti ġġeddet biex setgħet tilqa’ għall-isfidi li qed tipprovdi s-soċjetà llum.
“Konna strumentali f’riformi bħal dawk fil-liġi tal-IVF. Ħadna sehem f’dibattiti dwar l-ugwaljanza bħal mhu ż-żwieġ indaqs u drittijiet ċivili oħra bħal morning after pill,” qalet Abela Baldacchino li esprimiet it-twemmin tagħha li Zammit Alamango u l-kumplament tat-tim se jissoktaw jimbottaw ‘il quddiem aġenda progressiva u favur l-ugwaljanza. “M’hemmx dubju li Nisa Laburisti se tibqa’ protagonista favur ir-riformi li hemm bżonn fiż-żmien li ġej,” temmet tgħid Abela Baldacchino.