L-education act se tkun addattata għas-suq kompetittiv ta’ dawn iż-żminijiet biex tirrifletti l-isfidi u l-opportunitajiet tas-suq modern. Din ir-riforma se ssir bil-parteċipazzjoni tal-pubbliku permezz ta’ konsultazzjoni pubblika mnedija dalgħodu.
Ir-riforma mistennija tkompli ssaħħaħ il-prijorita’ li hu mfassal fuqu l-att tal-Edukazzjoni, iġifieri li l-edukazzjoni tkun disponibbli għal kull ċittadin Malti u li istituzzjonijiet edukattivi jkunu aċċessibbli.
Proposti ewlenin jinkludu l-introduzzjoni tal-home schooling, l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ liċenzja għal kull skola li topera f’ pajjiżna, u liċenzja għall-għalliema, kindergarten assistants u LSAs.
Se tkun introdotta wkoll Kummissjoni għall-edukazzjoni ġenerali ġdida responsabbli li tirregola l-home schooling u tagħmel ix-xogħol li bħalissa qed jagħmel id- dipartiment tal-kwalita’ u standards fl-edukazzjoni.
Ir-riforma se tieħu ħsieb li tipproteġi lit-tfal minn ġenituri li jittraskuraw l-edukazzjoni ta’ uliedhom.
Se tkun indirizzata wkoll l-awtonomija tal-iskejjel biex kull skola tkun tista’ topera skont il-miri, prijoritajiet u strateġiji nazzjonali skont kif miftiehem mal-Gvern.
Il-perjodu ta’ konsultazzjoni se jintemm nhar is- 7 ta’ Ottubru.