Forsi mhix l-iktar entita li tkun fl-aħbarijiet iżda tagħmel xogħol kruċjali għal pajjiżna. Il-Malta Air Traffic Services tipprovdi s-servizz ta’ navigazzjoni għall-ajruplani u fl-aħħar tliet snin ukoll għaddiet minn bidla kbira. Dan irriżulta f’intervista fil-KullĦadd mal-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija li spjega kif minn kumpanija b’valur ta’ €2 miljun u midjuna, illum din għandha valur li jaqbeż it-€30 miljun u tinsab f’qagħda li tkompli tinvesti fi proġetti ġodda.