Transport Malta qed tavża lill-pubbliku ġenerali li mill-1 ta’ Lulju 2021, dawk is-servizzi relatati mas-CVA, inkluż l-ipproċessar ta’ eżenzjonijiet mis-CVA li bħalissa qed jiġu pprovduti mill-uffiċini tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, se jkunu ċentralizzati fl-uffiċċju ta’ CVA Technology Co. Ltd., li jinsab fi 83, Triq Xatt L-Għassara tal-Għeneb, il-Marsa.
Servizzi relatati mas-CVA jkopru dawn li ġejjin:
- Call Centre tal-Customer Care biex jieħu ħsieb talbiet ġenerali relatati mas-CVA;
- Servizzi ta’ kaxxiera biex jassistu lill-pubbliku bil-ħlas ta’ kontijiet tas-CVA;
- Għajnuna lill-klijenti bl-ipproċessar ta’ kontestazzjonijiet tas-CVA; u
- Għajnuna lill-klijenti bl-ipproċessar tad-diversi eżenzjonijiet mis-CVA skont ir-Regolamenti dwar Aċċess Kontrollat ta’ Vetturi f’Ċerti Żoni (L.S. 65.31).
Ir-rappreżentanti ta’ CVA Technology Co. Ltd. jistgħu jiġu kkuntattjati hekk:
Indirizz tal-Uffiċċju: 83, CVA Buildings, Triq Xatt L-Għassara tal-Għeneb, il-Marsa MRS1912.
Numru tat-Telefon: 22064000
Indirizz tal-email: info@cvamalta.com
Il-websajt tas-CVA: https://www.cva.gov.mt