Il-Kummissjoni Elettorali irrevediet il-konfini elettorali fid-dawl li 11 mit-12-il distrett elettorali f’Malta fihom 5% fil-mija iżjed jew ħamsa fil-mija inqas mill-għadd ta’ votanti li hemm f’Għawdex.
Fir-rapport tagħha, li d-Deputat Prim Ministru Louis Grech poġġa fuq il-mejda tal-Mamra, il-kummissjoni qed tipproponi li jkunu emendati d-distretti kollha minbarra d-disa’ wieħed.
Il-kummissjoni nnutat kli fil-31 ta’ Marzu 2016, l-għadd ta’ votanti fil-gżejjer Maltin kien ta’ 339,616, li minnhom 28,360 huma f’Għawdex.
Il-kummissjoni sabet dawn id-diskrepanzi:
L-Ewwel Distrett: nuqqas ta’ 2.8 fil-mija (750 votant) mill-minimu;
It-Tieni Distrett: nuqqas ta’ 0.8 fil-mija (21 votant) mill-minimu;
Ir-Raba’ Distrett: nuqqas ta’ 0.68 fil-mija (117 votant) mill-minimu;
Il-Ħames Distrett: jonqos biss 0.11 fil-mija (28 votant) għall-massimu;
Is-Seba’ Distrett: jonqos biss 0.96 fil-mija (248 votant) għall-massimu;
L-Għaxar Distrett: qabeż il-massimu b’4.45 fil-mija (1,153 votant);
It-Tnax-il Distrett: nuqqas ta’ 0.68 fil-mija (175 votant);
Il-Ħdax-il Distrett: qabeż il-massimu b1 2.77 fil-mija (719-il votant)
Skont il-Kostituzzjoni, il-kummissjoni qed tissuġġerixxi dan it-tibdil:
L-Ewwel Distrett: żieda ta’ 994 votant mill-Marsa u 1,893 minn Santa Venera;
It-Tieni Distrett: żieda ta’ 1,718 mill-Fgura;
It-Tielet Distrett: tnaqqis ta’ 1,1718 u 6,138 mill-Fġura u żieda ta’ 3,826 minn Ħal Għaxaq u 2,801 minn Marsaxlokk;
Ir-Raba’ Distrett: tnaqqis ta’ 994 votant mill-Marsa u 3,826 minn Hal Għaxaq u 6,138 mill-Fgura;
Il-Ħames Distrett: tnaqqis ta’ 2,801 minn Marsaxlokku żieda ta’ 571 votant minn Ħal Farruġ ( Ħal Luqa);
Is-Sitt Distrett: tnaqqis ta’ 571 vot minn Ħal Farruġ (Ħal Luqa);
Is-Seba’ Distrett: tnaqqis ta’ 221 votant mill-Imdina;
It-Tmien Distrett: żieda ta’ 3,292 minn Ħal Balzan;
Id-Disa’: Distrett: mhux applikabbli;
L-Għaxar Distrett: żieda ta’ 1,628 votant min-Naxxar u 672 minn Baħar iċ-Cagħaq;
Il-Ħdax-il Distrett: żieda ta’ 221 votant mill-Imdina; u tnaqqis ta’ 3,292 minn Ħal Balzan;
It-Tnax-il Distrett: żieda ta’ 1,630 min-Naxxar u tnaqqis ta’ 1,628 min-Naxxar u 221 minn baħar iċ-Ċagħaq;
It-Tlettax-il Distrett: mhux applikabbli.
Erba’ membri tal-kummissjoni – Mario Callus, Ray Zammit , Victor Scerri u Joseph Zammit Maempel – ma ffirmawx ir-rapport u għamlu nota ta’ minoranza.