Il-President Amerikan Joe Biden spiċċa l-mira f’ċajta waqt telefonata ma’ persuna li kienet qed tixxandar b’mod dirett. Waqt li Biden u martu bdew jirċievu t-telefonati biex jagħtu l-awguri tagħhom lill-poplu Amerikan.
Fosthom it-telefonati, ċempel raġel li fl-awguri tiegħu, b’ton umoristiku tenna l-frażi ‘Let’s go, Brandon’, li apparentament hija insult lejn il-President Amerikan mir-Repubblikani.
Biden kompla biċ-ċajta filwaqt li fl-aħħar awguralu l-isbaħ xewqat għal jum il-Milied u għalaq l-awguri tiegħu bl-istess frażi ‘Let’s go, Brandon’.