Matul din il-ġimgħa l-President Amerikan Joe Biden se jkun qed iżur il-Polonja għal diskusjonijiet dwar l-Ukrajna. Ikkonfermat din iż-żjara l-White House.
Biden se jkun qed jivvjaġġa lejn Varsavja nhar il-Ġimgħa li ġej, fejn hemmhekk ser ikollu laqgħa bilaterali mal-President tal-Polonja Andrzej Duda.
Din iż-żjara se ssir jum wara li jiltaqa’ mal-alleati tan-NATO, il-mexxejja tal-G7 kif ukoll mal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea fi Brussell, għal diskussjonijiet dwar sforzi internazzjonali għall-appoġġ lill-Ukrajna wara l-invażjoni Russa.