Il-President Amerikan Joe Biden mistenni jimponi liġi kontra armi tan-nar li kapaċi jiġu fornuti mid-djar bħala miżura oħra biex titrażżan il-vjolenza bl-armi tan-nar fl-Istati Uniti.
Dawn it-tip ta’ armi huma diffiċli jiġu ntraċċati mill-awtoritajiet minħabba li ma jkollhomx numru, u hija faċli biex persuni ta’ taħt l-età jakkwistawhom.
Dan kollu qed isir wara li x-xahar li għadda seħħew diversi sparaturi fuq persuni fit-triq f’diversi Stati Amerikani. 18-il persuna nqatlu b’kollox.