Il-President Elett tal-Istati Uniti Joe Biden ħabbar it-tim tiegħu dwar il-klima u l-enerġija. Biden sostna li dan it-tim se jkun qed jaħdem fuq pjan ambizzjuż biex jindirizza t-tibdil fil-klima.
Joe Biden wiegħed li se jkun qed jagħmel din il-kwistjoni priortià ewlenija fl-aġenda li treġġa’ lura d-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-President Donald Trump. Huwa tenna li m’hemmx ħin x’jintilef fuq din il-materja.
Biden li se jkun inawgurat fl-20 ta’ Jannar li ġej, qal li bħalma l-Amerika trid tingħaqad fil-ġlieda kontra l-coronavirus, l-istess trid tagħmel fir-rispons għat-tibdil fil-klima. Filwaqt li malli jieħu f’idu t-tmexxija tal-pajjiż, huwa wiegħed li se jkun qed jerġa’ jingħaqad b’mod immedjat fil-ftehim ta’ Pariġi dwar il-klima.