Il-President Amerikan attwali Joe Biden sostna li t-tranżizzjoni fil-Gvern federali sal-20 ta’ Jannar se tkun waħda paċifika.
Din kienet l-ewwel dehra pubblika ta’ Biden, wara li Donald Trump rebaħ l-elezzjoni Presidenzjali tal-Istati Uniti, nhar it-Tlieta li għadda.
Trump rebaħ kontra l-Viċi President ta’ Biden, Kamala Harris.
Fid-diskors tiegħu, Biden qal li tkellem kemm ma’ Harris u anki ma’ Trump, wara r-riżultat elettorali.
Qal li huwa stieden lil Trump sabiex jiltaqgħu fil-White House.