Il-President Amerikan, Joe Biden mistenni jonora l-impenn tiegħu u jinnomina l-ewwel mara Afrikana-Amerikana b’karnaġġjon skur għall-Qorti Suprema.
Hija se tieħu post Stephen Breyer, li mistenni jirtira mill-Qorti Suprema fl-aħħar tat-terminu f’Ġunju.
Il-pjanijiet tiegħu li jirtira għadhom iridu jkunu mħabbra uffiċjalment.
Il-Qorti Suprema għandha rwol importanti ħafna fil-ħajja Amerikana u ħafna drabi tagħti l-aħħar kelma fuq liġijiet importanti, u tilwim bejn l-istati u l-Gvern federali.