Il-President Amerikan Joe Biden tenna li ma jiddispjaċihx mid-deċiżjoni li ħa biex jirtira lit-truppi tiegħu mill-Afganistan.
Huwa qal dan hekk kif it-Talibani qed ikomplu bil-vjolenza bil-għan li jaħtfu aktar bliet mit-tmienja li diġà għandhom fil-kontroll tagħhom.
F’kummenti li ta lill-ġurnalisti fil-White House, il-President Amerikan qal li l-Amerka xorta waħda se tonora l-impenn li kienet għamlet mal-Afganistan; fosthom li tħallas is-salarji tal-militar Afgan kif ukoll tfornihom bit-tagħmir li jkollu bżonn.