Il-President Amerikan Joe Biden qal li jinsab konvint li l-President Russu Vladimir Putin iddeċieda li jinvadi l-Ukrajna, u l-attakk jista’ jsir fil-jiem li ġejjin.
Biden tenna dan waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet mxandra b’mod dirett fuq it-televiżjoni lbieraħ filgħaxija.
Fil-fatt, il-President Amerikan tenna li din l-informazzjoni hija bbażata fuq dak miġbur mill-Intelliġenza tal-Istati Uniti, fejn saħansitra jidher li fil-mira hemm il-kapitali Ukrena, Kyiv.
L-Amerika qed tistma li hemm bejn 170,000 u 190,000 suldat Russu u ribelli appoġjati mir-Russja viċin il-fruntiera mal-Ukrajna.
Biden saħaq li għad hemm ċans biex ir-Russja tagħżel id-diplomazija għal aktar negozjar minflok teskala s-sitwazzjoni mal-ġar tagħha.
Ritratt: AP