Il-President Amerikan Joe Biden ordna lill-aġenziji tal-intelliġenza fl-Istati Uniti sabiex jinvestigaw minn fejn oriġina l-virus tal-COVID-19, hekk kif il-kontroverjsa dwar l-oriġini tal-Coronavirus dejjem tikber.
Midja Amerikana rrapportat illi l-evidenza li l-virus ġie minn laboratorju fiċ-Ċina kulma jmur dejjem qed tikber.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ċiniż akkuża lill-Istati Uniti dwar manipulazzjoni politika li qed titfa’ t-tort fuq iċ-Ċina. Iċ-Ċina kemm-il darba rrifjutat ir-rabta bejn il-COVID-19 u laboratorju tal-viroloġija f’Wuhan.