Il-President Amerikan Joe Biden ordna lid-Dipartiment tal-Ġustizzja biex jirrevedi d-dokumenti li fih hemm ivestigazzjoni intiża fuq l-attakki tal-11 ta’ Settembru. Għalhekk dawn id-dokumenti ma jibqgħux sigrieti.
Biden tenna li meta kien għadu kandidat għall-elezzjoni presidenzjali ħa l-impenn sabiex jiżgura trasparenza u għalhekk ftit jiem ‘il bogħod mill-20 anniversarju mill-attakki terroristiċi qed jonora dan l-impenn.
Il-familji tal-vittmi tal-attakki ta’ 11 ta’ Settembru talbu biex isir investigazzjoni fuq suspetti li l-FBI gidbet jew qerdet xi evidenza li tgħaqqad l-Arabja Sawdita mal-ħtif tal-ajruplani.
Liema allegazzjoni l-Arabja Sawdita ċaħdet.