Nhar is-Sibt il-belt ta’ Lviv, fil-Punent tal-Ukrajna ġiet attakkata minn għadd ta’ missili sparati mill-qawwiet Russi.
Dan minkejja li r-Russja qalet li se tiffoka l-operazzjonijiet militari tagħha fil-Lvant tal-Ukrajna.
Il-White House qalet li l-President Amerikan Joe Biden ma kienx qed jitlob għal bidla meta qal li Vladimir Putin ma jistax jibqa’ fil-poter imma l-punt tal-President kien li Putin ma jistax jitħalla jeżerċita poter fuq il-pajjiżi ġirien tiegħu.
Sar aċċenn li Biden mhux ifittex li fir-Russja jitqaċċat mill-poter, Putin.